Auditions for Female Dancers

ŻfinMalta, the National Dance Company of Malta, under the artistic direction of Paolo Mangiola, is holding an audition for female dancers.

 


ŻfinMalta – il-Kumpanija Nazzjonali taż-Żfin, taħt id-direzzjoni artistika ta’ Paolo Mangiola, se tkun qed tagħmel awdizzjonijiet għal żeffiena.

Details

(EN)

Dancers must possess excellent coordination skills, a solid background in classical ballet and contemporary dance practices and have the ability to adapt quickly to various working methods and processes.

 

Dancers should feel confident with pointe work.

 

Applicants are asked to send their photos (face and body) CV’s and a short video link of max 2 minutes at: vacancies@zfinmalta.mt

 

Shortlisted candidates will be invited to the audition on 27th of March 2021 at the Mediterranean Conference Centre in Valletta, Malta.

 

Selected dancers will be asked to stay on for an extra day, Sunday the 28th of March 2021.

COVID-19 PRECAUTIONS:

 

ŻfinMalta will put in place all necessary precautionary measures to ensure the health and safety of both applicants and staff:

 

  • A limited number of the shortlisted applicants will be called into the studio at a time, and the 2 meter distance rule will apply.

 

  • Shortlisted applicants will have their temperature read upon entry to the Mediterranean Conference Centre.

 

  • The wearing of face masks at all times shall be compulsory.

 

  • Shortlisted applicants will also be asked to take a PCR COVID-19 test 2 to 3 days prior to auditions, and will need to present a negative result before entering the studio.

Successful applicants will enter into a paid contract with ŻfinMalta National Dance Company from September 2021 to July 2022.

 

Application Deadline: Tuesday 2nd March 2021 at noon CET. Shortlisted candidates will be contacted during the 1st week of March.

 

This call shall be limited to EU registered citizens due to visa legal limitations for the role in question.

 

The company does not hold online auditions.

 

For further information about the company, its activities and repertoire, please continue to browse our website

 

 

 


 

Dettalji

(MT)

Iż-żeffiena għandhom ikollhom koordinazzjoni eċċellenti, bażi b’saħħitha fil-ballet klassiku u fiż-żfin kontemporanju, kif ukoll ikunu kapaċi jadattaw faċilment għall-metodi u stili differenti użati minn koreografi varji.

 

Kunfidenza fil-pointe work hija essenzjali għaż-żeffiena femminili.

 

L-applikanti huma mitluba jibagħtu ritratti (wieħed tal-wiċċ u ieħor tal-persuna sħiħa), flimkien ma’ CV u vidjow qasir ta’ mhux iktar minn żewġ minuti, lil: vacancies@zfinmalta.mt.

 

L-applikanti li jgħaddu mill-ewwel selezzjoni jiġu mistiedna jattendu awdizzjoni nhar is-27 ta’ Marzu 2021, f’Dar il-Mediterran għall-Konferenzi, il-Belt Valletta.

 

Iż-żeffiena li jgħaddu mill-fażi tal-ewwel awdizzjoni, jiġu mistiedna jattendu ġurnata ta’ provi oħra nhar it-28 ta’ Marzu 2021.

Prekawzjonijiet għall-COVID-19:

 

Żfinmalta se tkun qed tieħu l-prekawzjonijiet kollha neċessarji biex tassigura s-saħħa u s-sigurtà tal-applikanti u l-impjegati:

 

  • Ġewwa l-istudju ser jissejħu numru limitat ta’ applikanti magħżula fl-istess ħin, u se jintalbu jżommu distanza ta’ żewġ metri bejniethom.

 

  • It-temperatura tal-applikanti magħżula ser tittieħed mad-dħul fid-Dar il-Mediterran għall-Konferenzi.

 

  • L-użu tal-maskri f’kull ħin ser ikun obbligatorju.

 

  • L-applikanti magħżula se jintalbu wkoll sabiex jittestjaw lilhom infushom għall-COVID-19, b’PCR test, bejn jumejn u tliet ijiem qabel il-provi, u riżultat negattiv għandu jiġi preżentat qabel ma jidħlu fl-istudjow.

Iż-żeffiena li jintgħażlu jingħataw kuntratt tax-xogħol biex jingħaqdu ma’ ŻfinMalta – il-Kumpanija Nazzjonali taż-Żfin, minn Settembru 2021 sa Lulju 2022.

 

L-applikazzjonijiet jintlaqgħu sat-Tlieta 2 ta’ Marzu 2021 f’nofsinhar, ħin lokali. Il-kandidati magħżula għal awdizzjoni jiġu kkuntattjati fl-ewwel ġimgħa ta’ Marzu.

 

Din is-sejħa hija limitata għal ċittadini Ewropej minħabba limitazzjonijiet legali marbuta mal-Viża, għal dan l-irwol partikolari.

 

Il-kumpanija ma tagħmilx awdizzjonijiet onlajn.

 

Għal aktar informazzjoni dwar il-kumpanija, il-proġetti u r-repertorju tal-kumpanija, kompli żur is-sit elettroniku.