AiR2021

GUIDELINES

EN MT

(EN)

WHO ARE THE RESIDENCIES FOR?
  • The residencies are open to dance practitioners based in the Maltese Islands, to further develop their choreographic research/practice.

 

  • ZfinMalta is offering three residencies between May and September 2021.

 

  • Each residency will run no longer than 6 days

 

  • This residency programme is designed for dance makers who are regularly creating work, and who are willing to carry out research that further questions the boundaries of their practice.

 

  • Choreographers from all dance backgrounds are encouraged to apply; whether their research is interdisciplinary, community-based, or dance practice based.

 

  • These residencies are aimed at nurturing artists who are open to developing their critical thinking skills in the creation or research stages of their work.
WHAT WILL BE PROVIDED?
  • ŻfinMalta will host the selected artists in their studios, located in the island’s capital, Valletta, between 10am – 17:45pm.

 

  • ŻfinMalta studios are equipped with a sound system, air conditioning, storage space, bathrooms, showers and kitchen facilities as well as WiFi access.

 

  • ZfinMalta will assign the Education and Outreach Artist to liaise and oversee the delivery of the residency.

 

  • Selected candidates, should they wish, are invited to take company class in the morning for the duration of their residency.

 

  • We regret that ŻfinMalta’s studio is currently not wheelchair accessible.
WHAT IS REQUIRED FROM RESIDENCY ARTISTS?
  • An informal presentation or sharing of work in a format which suits the artist’s practice.

 

  • The audience will be facilitated by ZfinMalta and the approach discussed with the artist.

 

  • The company believes that practical outcomes are fundamental in the research stages of creating work.

 

  • Permission for ZfinMalta to film agreed parts of the residency Inclusion of ZfinMalta logos and/or ZfinMalta text acknowledgment on publicity (print and digital) for any future work which is developed as a result of research undertaken during the residency.

 

  • Selected applicants are required to cooperate in the marketing and sharing of their experience during this residency through various means, including social media, media interviews, photoshoots and receptions.
FINANCE
  • ŻfinMalta offers a token of €1000 for each residency.

 

  • 50% of the token will be disbursed upon signing a residency agreement with the artist, and the remaining 50% will be disbursed at commencement of the residency, both upon presentation of an invoice.

 

  • Applicants are asked to outline how the token will be used.

 

  • Preference will be given to artists whose proposals include other collaborators, to support their critical thinking skills within the process of creation, or direct/support/document their research further.
TIME FRAME
  • 3 residencies are currently available, one residency per month between May and September 2021.

 

  • The ideal dates for the artist must be outlined in the application and, upon selection, will be discussed and finalised with the company.

 

  • ZfinMalta will make every effort to accommodate the preferred dates, however this may not always be possible.

 

  • The deadline for applications is Friday the 12th of March 2021 (17:00)

 

  • Candidates should expect first contact by the third week of March 2021.
ELIGIBILITY CRITERIA
  • Professional, experienced and emerging choreographers residing in or based in Malta who are regularly creating and researching in the field of dance.

 

  • Candidates must have a minimum of 3 years professional experience

 

  • Candidates should have a good command of the English language

 

  • Candidates must be over the age of 21

 

  • Priority will be given to candidates who are open to sharing their research and work

 

  • Priority will also be given to applications partially supported by other funding sources

 

  • ZfinMalta will make every effort to accommodate the research requirements of artists within the parameters of our spaces. Artists will be expected to be respectful of the ŻfinMalta studio and administrative spaces and to take care of the space they are allotted.
SELECTION PROCESS & EVALUATION
  • AiR2021 applications will be evaluated by an internal panel and processed by ZfinMalta’s Education and Outreach Artist.
EXPRESSION OF INTEREST/APPLICATION PROCESS
  • Artists are required to provide:

 

    • A description of their background, work and interests (max 500 words)
    • A brief description of the purpose of the residency, taking into account the timeline of the creation. (max 500 words)
    • Outline of one potential practical outcome of the residency
    • A budget breakdown of the €1.000 token
    • A maximum of 2 links to work/research samples, in video form
    • Relevant CV
    • Preferred residency month with specific starting dates
Apply Now

What our past residents say

right-quote (1)

‘this has been a remarkable and deeply enriching experience for us, a wonderful start to our dance journey with Dance Beyond Borders.’

Deborah Falzon & Julienne Schembri – Dance Beyond Borders
right-quote (1)

“Honestly I couldn’t dream better…! I had such a great and rich time”

Anna Adam, GrayBox

(MT)

GĦAL MIN HUMA DAWN IR-RESIDENZI?
  • Ir-residenzi huma miftuħa għal prattikanti taż-żfin ibbażati fil-gżejjer Maltin, sabiex jiżviluppaw ir-riċerka jew prattika korjografika tagħhom.

 

  • ŻfinMalta qiegħdha toffri tlett residenzi bejn Mejju u Settembru tal-2021.

 

  • Kull residenza iddum sa massimu ta’ 6 ijiem.

 

  • Il-programm huwa mfassal għal artisti illi regolarment joħolqu xogħol ġdid, u li huma lesti li jaħdmu fuq riċerka li tkompli tespandi l-limiti tal-prattika tagħhom.

 

  • Korjografi minn kull sfond ta’ żfin huma mħeġġa li japplikaw; irrispettivament minn jekk ir-riċerka tagħhom hijiex interdixxiplinari, ibbażata fuq komunità, jew fuq il-prattika taż-żfin.

 

  • Ir-residenzi huma maħsuba sabiex irawmu artisti li huma miftuħa għall-iżvilupp tal-ħiliet ta’ ħsieb kritiku fl-istadji tal-ħolqien jew riċerka ta’ xogħlhom.
X’SER IKUN PROVDUT?
  • ŻfinMalta ser tospita lill-artisti magħżula fl-istudjos tagħha ġewwa l-Belt Valletta bejn l-10am u s-17:45pm.

 

  • L-istudjos ta’ ŻfinMalta huma mgħammra b’sistema ta’ ħoss, arja kkundizzjonata, spazju għal ħżin, kmamar tal-banju, xawers, u kċina, kif ukoll aċċess għal WiFi.

 

  • ŻfinMalta tassenja Education and Outreach Artist ma’ kull artist, li se jkun qiegħed iżomm kuntatt mal-artist u jissorvelja l-andament tar-residenza.

 

  • Il-kandidati magħżula huma mistiedna, jekk jixtiequ, sabiex jattendu l-klassijiet tal-kumpanija filgħodu matul ir-residenza tagħhom.

 

  • B’dispjaċir nirrimarkaw illi l-istudjos ta’ ŻfinMalta bħalissa mhumiex aċċessibbli lil utenti ta’ wheelchairs
X’INHU MITLUB MILL-ARTISTI FIR-RESIDENZA?
  • Preżentazzjoni informali tax-xogħol, fil-format li huwa l-iktar konvenjenti għall-prattika tal-artist.

 

  • L-udjenza ser tkun iffaċilitata minn ŻfinMalta, bil-proċedura diskussa mal-artist.

 

  • Il-kumpanija temmen illi r-riżultati prattiċi huma fundamentali fl-istadji ta’ riċerka tal-ħolqien ta’ xogħol.

 

  • Permess lil ŻfinMalta sabiex jiġu meħuda recordings tar-residenza. L-inklużjoni ta’ logos ta’ Żfin Malta, u, jew rikonoxximent testwali ta’ ŻfinMalta fuq riklamar (diġitali jew materjali) ta’ xogħol futur li jkun żviluppat bħala riżultat tar-riċerka li tkun saret waqt ir-residenza.

 

  • L-applikanti magħżula jkunu mitluba jikkoperaw mat-tqegħid fis-suq u qsim tal-esperjenza u workshops tagħhom matul ir-residenza permezz ta’ mezzi varji inkluż mezzi soċjali, intervisti, photoshoots u avvenimenti.
FINANZI
  • ŻfinMalta toffri s-somma nominali ta’ €1000 għal kull residenza.

 

  • 50% ta’ tali somma tingħata hekk kif jiġi iffirmat il-ftehim tar-residenza mal-artist, u l-50% li jifdal mal-bidu tar-residenza, fiż-żewġ istanzi hekk kif tiġi ppreżentata fattura.

 

  • L-applikanti huma mitluba jindikaw kif din is-somma ser tintuża.

 

  • Preferenza tingħata lil artisti li l-proposti tagħhom jinkludu kollaboraturi oħrajn, sabiex jiġu appoġjati l-ħiliet ta’ ħsieb kritiku tul il-proċess ta’ ħolqien, jew sabiex jidderiġu / jappoġġjaw / jiddokumentaw ir-riċerka tagħhom f’iktar dettall.
PERJODI TA’ ŻMIEN
  • 3 residenzi huma disponibbli, waħda kull xahar bejn Mejju u Settembru tal-2021.

 

  • Id-dati ideali għall-artist għandhom ikunu indikati fl-applikazzjoni, u, ladarba wieħed ikun magħżul, dawn id-dati jiġu diskussi u finalizzati mal-kumpanija.

 

  • ŻfinMalta tagħmel kull ma tista’ biex takkomoda d-dati preferuti, iżda dan mhux dejjem ikun possibbli.

 

  • L-applikazzjonijiet jintlaqgħu sal-Ġimgħa, 12 ta’ Marzu 2021 (17:00)

 

  • Il-kandidati għandhom jistennew li jkunu ikkuntattjati sat-tielet ġimgħa ta’ Marzu 2021.
KRITERJI TA’ ELIĠIBBILTÀ
  • Korjografi professjonisti, esperjenzati, jew emerġenti li jgħixu jew huma bbażati f’Malta, u li b’mod regolari joħolqu jew jirriċerkaw fil-qasam taż-żfin.

 

  • Il-kandidati għandu jkollhom talanqas 3 snin ta’ esperjenza professjonali.

 

  • Il-kandidati għandu jkollhom konoxxenza tajba tal-Ingliż.

 

  • Il-kandidati jridu jkunu għalqu l-età ta’ 21.

 

  • Prijorità tingħata lil dawk il-kandidati li lesti jaqsmu r-riċerka u xogħol tagħhom.

 

  • Prijorità tingħata wkoll lil applikanti parzjalment sostnuti minn sorsi oħrajn ta’ finanzjament.

 

  • ŻfinMalta tagħmel kull sforz sabiex takkomoda l-bżonnijiet ta’ riċerka tal-artisti fil-parametri tal-ispazji tagħna. L-artisti huma mistennija li jirrispettaw l-istudjos u spazji amministrattivi ta’ ŻfinMalta, u jieħdu ħsieb l-ispazju li jingħatalhom.
PROĊESS TA’ GĦAŻLA U EVALWAZZJONI
  • L-applikazzjonijiet għal AiR2021 ser jiġu evalwati minn bord intern u proċessati mill-Education and Outreach Artist ta’ ŻfinMalta.
ESPRESSJONIJIET TA’ INTERESS / PROĊESS TA’ APPLIKAZZJONI
  • L-artisti huma mitluba jipprovdu:

 

    • Deskrizzjoni tal-isfond, xogħol, u interessi tagħhom (massimu ta’ 500 kelma)
    • Deskrizzjoni qasira tal-iskop tar-residenza tagħhom, tenut kont iż-żmien tal-ħolqien tagħhom (massimu ta’ 500 kelma)
    • Sunt ta’ riżultat prattiku potenzjali tar-residenza
    • Tqassim tal-baġit tas-somma mogħtija
    • Massimu ta’ żewġ ħolqiet għal eżempji ta’ xogħol/riċerka, f’format vidjografiku
    • CV relevanti
    • Ix-xahar preferut għar-residenza, b’dati speċifiċi
Applika Issa

RIĊENSJONIJIET MINN AiR2020

right-quote (1)

“Din kienet esperjenza memorabbli u unika għalina, bidu sabiħ għall-vjaġġ tagħna fiż-żfin ma’ Dance Beyond Borders”

Deborah Falzon & Julienne Schembri – Dance Beyond Borders
right-quote (1)

“Onestament ma stajtx noħlom aħjar minn hekk…! Kelli esperjenza sabiħa immens u unika”

Anna Adam, GrayBox