Call for Artistic Coordinator

ŻfinMalta, the National Dance Company of Malta is looking for a dynamic and experienced Artistic Coordinator to join its team working closely to realize the vision and mission of ŻfinMalta.

 


ŻfinMalta, il-Kumpanija Nazzjonali taż-Żfin ta’ Malta qed tfittex Koordinatur Artistiku dinamiku u ta’ esperjenza biex j/tingħaqad mat-tim tagħha u j/taħdem mill-qrib biex iwettaq il-viżjoni u l-missjoni ta’ ŻfinMalta.

Details

(EN)

Background

 

ŻfinMalta, the National Dance Company of Malta creates and commissions extraordinary dance which engages and resonates with audiences nationally and internationally. Since its set up, our company has pioneered fresh thinking about contemporary dance in the Maltese islands.

 

We work with the best artists, dancers and choreographers from the Maltese islands and across the world to create innovative productions, aspiring for everything we make to be of world class artistic quality.

 

We are committed to making work which shows the best that an outward looking, contemporary Malta can produce.

 

We aim to ignite greater interest in dance in the nation through productions which resonate with communities across the Maltese islands and beyond.

Job Description

 

The Company Artistic Coordinator will be responsible for maintaining the artistic integrity of company locally and on tour and manage the ensemble of dancers including their health and wellbeing needs.

 

The right candidate will have a true understanding of the company’s repertoire, extraordinary attention to detail and the drive never to compromise the artistic work.

 

The candidate will be an excellent communicator and manager, a positive and creative problem solver and thrive working under pressure. Will have the ability to care for an extraordinary group of professional dance artists, as well as work as an integral part of a strong and efficient company team.

 

The Artistic Coordinator will work closely with the Artistic Director and will be responsible for all aspects of the work performed by ZM, most importantly ensuring that the work is accurately presented as it was created, in every venue that the Company performs to.

 

He/she will also be responsible for the day-to-day management of the company dancers, which will require flexibility and creativity as well as the ability to effectively prioritize a wide range of duties and take initiative.

This role will suit an exceptional dancer or rehearsal director who is looking to be an asset in the development of a vibrant young organization.

The Artistic Coordinator will:

 

  • rehearse, coach, train, mentor and ensure that the standard and quality of the work, dancers and company is not only maintained but developed to the highest level
  • organize rehearsal schedules
  • be responsible for dancers’ workload and day to day schedule in relation to company policies regarding dancer working practices
  • liaise with Osteopath and Physiotherapist locally and abroad
  • be the first point of contact for the visiting artists
  • may be put in charge of staging a production if and when the Artistic Director of the Dance Company or choreographer are not present
  • rehearse the repertoire of the company and work alongside the Artistic Director and Guest Choreographers to learn the choreography, take notes and video tape rehearsals to ensure he/she knows the work and all roles in the work fully and is able to restage it as necessary
  • teach roles in the work to existing and new dancers
  • assist the Agency Administrator and Producer on overseeing all elements of touring to ensure all logistical aspects of each tour are covered
  • work closely with the Technical Director to ensure that artistic elements of each production are of the highest possible standard in every location
  • inform the Artistic Director of any additional activity taken on by dancers during contracted weeks as well as information about all activity taken on during non-contracted weeks
  • develop a class strategy that is appropriate to build and develop the physical potential of the dancers
  • schedule appropriate teachers to teach nationally and internationally, liaising with them making sure that they have the right to work in EU and with a valid VAT number

Person Specification

 

  • A clear commitment to and knowledge of the work of ŻfinMalta National Dance Company
  • Extensive professional dance training and rehearsal, touring and production experience
  • Experience of assisting a choreographer with rehearsal direction at a professional level
  • Exceptionally organised and methodical, with strong attention to detail
  • Good spoken and written English
  • Efficient and self-motivated with excellent planning skills, with the ability to deal with multiple tasks at once
  • Ability to act on own initiative but also to work as part of a team and build strong working relationships
  • Personable and a highly confident communicator, with the ability to maintain good relationships with a wide range of people
  • Ability to work flexibly and manage a busy and changeable schedule
  • Ability to work under pressure, with a positive and creative attitude towards problem solving
  • Experience of teaching within a professional environment
  • Current involvement with the professional dance sector
  • Degree qualification or equivalent in a related field
  • Computer skills, including basic knowledge of Excel
  • First aid trained

Job Profile

 

Job title: Artistic Coordinator

 

Responsible to: Artistic Director

 

Responsible for: Company Dancers

 

Salary: €600 per week for between 38 to 40 weeks per season (mid-August 2021 and July 2022)

 

Contract: This is a ‘Contract for Service’ offered for the 2021/22 season, that has the possibility of being renewed for a 2nd term (season 2022/23). The contracted weeks will be discussed and confirmed by the Artistic Director and the chosen candidate.

 

Hours: The role is a 6-day working week when the dancers are on contract and a 5-day working week when not. Hours will vary when on tour and the post holder will be required to work the hours necessary to carry out the duties in the job description in relation to touring with the Company. Evening and weekend work will also be necessary on tour.

 

Probationary period: This probationary period is 3 months during which time the notice period required by either party is 1 week. The probationary period may be extended for up to a further 3 months. Upon successful completion of the probationary period, the notice period becomes 6 months.

 

To apply: Send a current CV (including details of 2 referees) and covering letter (no more than 1-page A4) outlining how your skills and experience match the person specification to vacancies@zfinmalta.org.

 

Closing date for applications: Friday 18th June 2021 at 17:00 hrs (CET)

Dettalji

(MT)

Sfond

 

ŻfinMalta, il-Kumpanija Nazzjonali taż-Żfin ta’ Malta toħloq u tikkummissjona żfin straordinarju li jiġbed u jqanqal l-udjenzi – kemm dawk nazzjonali kif ukoll dawk internazzjonali. Sa mit-twaqqif tagħha, il-kumpanija kienet pijuniera ta’ ħsieb frisk dwar iż-żfin kontemporanju fil-gżejjer Maltin.

 

Naħdmu mal-aqwa artisti, żeffiena u koreografi mill-gżejjer Maltin u madwar id-dinja biex noħolqu produzzjonijiet innovattivi, bl-aspirazzjoni li kulma nagħmlu jkun tal-aqwa livell artistiku fuq livell dinji.

 

Impenjati biex noħolqu xogħol li juri l-aħjar li tista’ toffri Malta kontemporanja, Malta li tħares lil hinn minnha.

 

Nimmiraw li nqanqlu interess ikbar fiż-żfin fin-nazzjon permezz ta’ produzzjonijiet li jirreżonaw mal-komunitajiet fil-gżejjer Maltin u lil hinn.

Deskrizzjoni tax-xogħol

 

Il-Koordinatur Artistiku tal-Kumpanija se j/tkun responsabbli li j/tħares l-integrità artistika tal-kumpanija lokalment kif ukoll waqt tours barra mill-pajjiż u j/timmaniġġja l-grupp taż-żeffiena inkluż is-saħħa u l-benessri tagħhom.

 

Il-kandidat/a adattat/a jrid ikun fehem tajjeb u fil-fond ir-repertorju tal-kumpanija, irid jagħti attenzjoni straordinarja lid-dettall u jkollu r-rieda li ma jikkomprometti qatt ix-xogħol artistiku.

 

Il-kandidat/a għandu/ha j/tkun komunikatur u maniġer eċċellenti, isib soluzzjonijiet pożittivi u kreattivi għall-problemi u jirnexxilu/ha j/taħdem taħt pressjoni. Għandu/ha jkollu/ha l-abbiltà li j/tieħu ħsieb grupp straordinarju ta’ artisti żeffiena professjonali, kif ukoll j/taħdem u j/tkun parti integrali mit-tim b’saħħtu u effiċjenti tal-kumpanija.

 

Il-Koordinatur Artistiku se j/taħdem mill-qrib mad-Direttur Artistiku u se j/tkun responsabbli għall-aspetti kollha tax-xogħol performattiv ta’ ŻM, u l-iktar importanti, jiżgura li x-xogħol huwa ppreżentat preċiżament kif kien maħluq, f’kull post li ttella’ xogħol fih il-Kumpanija.

 

Hu/hi se jkun ukoll responsabbli mill-immaniġġjar taż-żeffiena tal-kumpanija minn jum għal jum. Dan jirrikjedi flessibiltà u kreattività kif ukoll l-abbiltà li jipprijoritizza sensiela ta’ dmirijiet b’mod effettiv u b’inizjattiva.

Dan ir-rwol huwa adattat għal żeffien/a eċċezzjonali jew direttur tal-provi (rehearsal director) li qed i/tfittex li jkun ta’ valur fl-iżvilupp ta’ organizzazzjoni żagħżugħa u dinamika.

Il-Koordinatur Artistiku:

 

  • J/tagħmel il-provi, j/tikkowċja, i/tħarreġ, j/timmentorja u j/tiżgura li l-livell u l-kwalità tax-xogħol, taż-żeffiena u tal-kumpanija mhux biss jinżamm imma j/tkun żviluppat sal-ogħla livell
  • J/torganizza l-programm tal-provi
  • I/tkun responsabbli għax-xogħol li jrid isir miż-żeffiena u l-programm ta’ kuljum skont il-politiki tal-kumpanija dwar il-prattiċi tax-xogħol għaż-żeffiena
  • Iżomm il-kuntatt mal-osteopata u l-fiżjoterapista kemm Malta kif ukoll barra
  • I/tkun l-ewwel punt ta’ referenza għall-artisti mistiedna
  • J/tista’ j/tingħata r-responsabbiltà li j/ttella’ produzzjoni jekk u meta ma jkunux preżenti d-Direttur Artistiku tal-Kumpanija taż-Żfin u l-korjografu
  • J/tipprattika r-repertorju tal-kumpanija u j/taħdem mad-Direttur Artistiku u l-korjografi mistiedna biex j/titgħallem il-korjografija, j/tieħu noti u vidjow tal-provi biex i/tkun żgur li j/taf ix-xogħol u r-rwoli kollha sew u j/tkun j/tista’ j/terġa’ j/ttella’ x-xogħol skont il-bżonn
  • J/tgħallem ir-rwoli fix-xogħol liż-żeffiena eżistenti u dawk ġodda
  • J/tassisti lill-Amministratur tal-Aġenzija u l-Produttur biex jieħdu ħsieb l-aspetti kollha tat-tours u jiżguraw li l-aspetti loġistiċi ta’ kull tour huma koperti
  • J/taħdem mill-qrib mad-Direttur Tekniku biex j/tiżgura li l-elementi artistiċi ta’ kull produzzjoni huma tal-ogħla livell possibbli f’kull post
  • J/tinforma lid-Direttur Artistiku b’kull attività addizzjonali li jagħmlu ż-żeffiena waqt il-ġimgħat tal-kuntratt, kif ukoll dwar kull attività waqt il-ġimgħat barra mill-kuntratt
  • J/tiżviluppa strateġija ta’ tagħlim addattata biex jibni u jiżviluppa l-potenzjal fiżiku taż-żeffiena
  • J/toħloq programm biex għalliema adattati jgħallmu lokalment u internazzjonalment, iżomm kuntatt magħhom u jiżgura li għandhom id-dritt li jaħdmu fl-UE u li għandhom numru tal-VAT validu

Kwalitajiet Meħtieġa

 

  • Impenn ċar lejn u għarfien tax-xogħol ta’ ŻfinMalta – Il-Kumpanija Nazzjonali taż-Żfin
  • Taħriġ estensiv fiż-żfin professjonali u esperjenza fil-provi, tours u produzzjonijiet
  • Esperjenza ta’ assistenza lil korjografu u direzzjoni ta’ provi fuq livell professjonali
  • Organizzat b’mod eċċezzjonali u metodiku, b’attenzjoni b’saħħitha għad-dettall
  • Livell tajjeb ta’ Ingliż miktub u mitkellem
  • Effiċjenti u kapaċi j/timmotiva lilu nnifsu, b’ħiliet ta’ pjanar eċċellenti u l-abbiltà li j/tagħmel xogħlijiet differenti f’daqqa
  • Kapaċi j/tieħu inizzjattiva imma wkoll j/taħdem bħala parti minn tim u jibni relazzjonijiet tax-xogħol b’saħħithom
  • Simpatiku/a u komunikatur kunfidenti, bil-kapaċità li jżomm relazzjonijiet tajba ma’ nies differenti
  • Flessibbli fix-xogħol u kapaċi j/tħaddem programm mimli u li jista’ jinbidel
  • Kapaċi j/taħdem taħt pressjoni, b’attitudni pożittiva u kreattiva lejn is-soluzzjoni tal-problemi
  • Esperjenza ta’ tagħlim f’ambjent professjonali
  • Involut/a fis-settur taż-żfin professjonali
  • Lawrja jew kwalifika ekwivalenti f’qasam relatat
  • Ħiliet tal-kompjuter, fosthom għarfien bażiku tal-Excel
  • Imħarreġ/ġa fl-Ewwel Għajnuna

Profil tax-Xogħol

 

Titlu: Koordinatur Artistiku

J/tirrispondi lid-Direttur Artistiku

Responsabbli għaż-Żeffiena tal-Kumpanija

Salarju: €600 fil-ġimgħa għal bejn 38 u 40 ġimgħa kull staġun (nofs Awwissu 2021 u Lulju 2022)

 

Kuntratt: Dan huwa ‘Kuntratt għal Servizz’ offrut għall-istaġun 2021/22, li għandu l-possibiltà li jkun imġedded għat-tieni term (staġun 2022/23). Il-ġimgħat koperti bil-kuntratt ikunu diskussi u kkonfermati mid-Direttur Artistiku u l-kandidat magħżul/a.

 

Ħinijiet: Ir-rwol huwa marbut ma’ ġimgħa ta’ xogħol ta’ sitt ijiem meta ż-żeffiena huma marbuta bil-kuntratt, u ġimgħa ta’ ħamest ijiem meta ma jkunux. Is-sigħat ivarjaw meta l-Kumpanija tkun fuq tour. Min jingħata x-xogħol ikun meħtieġ li jaħdem is-sigħat neċessarji biex iwettaq id-dmirjiet fid-deskrizzjoni tax-xogħol relatat mat-tours tal-Kumpanija. Xogħol filgħaxijiet u fi tmiem il-ġimgħa huwa meħtieġ ukoll waqt it-tours.

 

Żmien ta’ Prova: Iż-żmien ta’ prova huwa 3 xhur. F’dan il-perjodu, l-avviż għat-tmiem tal-impjieg miż-żewġ naħat irid itul ġimgħa. Il-perjodu ta’ prova jista’ jkun estiż għal tliet xhur oħra. Kif jingħalaq b’suċċess iż-żmien ta’ prova, iż-żmien għall-avviż tat-tmiem tal-impjieg isir sitt xhur.

 

Biex tapplika: Ibgħat CV kurrenti (bid-dettalji ta’ 2 persuni li jistgħu jagħmlu referenza) u ittra (mhux iktar minn paġna A4) fejn tispjega kif il-ħiliet u l-esperjenza tiegħek jaqblu mal-kwalitajiet u l-ħiliet meħtieġa, lil vacancies@zfinmalta.org.

 

Data tal-għeluq għall-applikazzjonijiet: il-Ġimgħa 18 ta’ Ġunju 2021 fil-17:00 (CET)

 

Salarju: €600 fil-ġimgħa għal bejn 38 u 40 ġimgħa kull staġun (nofs Awwissu 2021 u Lulju 2022)

 

Kuntratt: Dan huwa ‘Kuntratt għal Servizz’ offrut għall-istaġun 2021/22, li għandu l-possibiltà li jkun imġedded għat-tieni term (staġun 2022/23). Il-ġimgħat koperti bil-kuntratt ikunu diskussi u kkonfermati mid-Direttur Artistiku u l-kandidat magħżul/a.